15-il Ħadd ta'Matul is-Sena ĊFr. Edward VellaJul 132 min readPittura figurattiva tas-Samaritan t-Tajjeb b'xeni mill-Għasri fl-isfontBiex ngħixu ferħanin huwa mportanti li, la minn naha ma ngħixu b’moħħna l-ħin kollu fil-passat u nibqgħu nġorru t-toqol tiegħu fil-preżent, u lanqas ma ngħixu bil-biża tal-futur jewaħjar minn dak li jista’ jiġri. Kemm huwa mportanti li nitgħallmu ngħixu l-mument presenti,għaliex il-mument preżenti huwa l-grazzja ta’ Alla għalina issa. Dan kollu huwa veru u fihħafna għaqal. Iżda hemm ħaġa li trid tiġri żgur fil-futur u li l-bniedem għaqli jagħmel sew lima jinsihiex; l-ħajja fuq din l-art għad trid tispiċċa, u kull wieħed u waħda minna jrid jagħtikont lil Alla ta’ ħajtu.L-għaref tal-Liġi, għad li forsi biex iġgarrab lil Ġesù, kien fehmu tajjeb dan, infatti lil Ġesùqallu, ‘Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?’. Kemm ikun iblaħ il-bniedemli jinsa li din il-ħajja tgħaddi malajr, u hu kemm hu mportanti dak li hu ta’ hawn, la jridjgħaddi u jispiċċa fix-xejn, l-importanza tiegħu tisfuma fix-xejn ukoll. Wara kollox ħaġawaħda hija verament importanti, jiġifieri nakkwistawx lil Alla għal dejjem jew le. Dik hi l-Ġenna, jiġifieri li aħna nħallu ’l Alla jakkwistana għal dejjem. Il-bqija kollox jgħodd għal ftit.Għall-mistoqsija ta’ Ġesù, l-għaref wieġeb preċiż: ‘Int għandek tħobb il-Mulej, Allatiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu,u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek’. Infatti Ġesù jfaħħar lill-għaref għax wieġeb tajjeb.Dan ifisser li biex nakkwistaw dak li ma jgħaddix triq waħda hemm, it-triq tal-imħabba.Infatti x’ħin l-għaref biex joħroġ ta’ raġel staqsa lil Ġesù, ‘U l-proxxmu tiegħi min hu?’,Ġesù qallu waħda mill-aktar parabboli sbiħ li nsibu fl-Evanġelju. Jaffaxxinana l-fatt li għalĠesù, il-qassis u l-levita, li kienu aktar moħħhom fis-servizz tat-tempju milli li jgħinu lil minkien fil-bżonn, ma tantx kienu qegħdin jgħixu l-kmandament tal-Imħabba. Fil-waqt li wieħedSamaritan, barrani, u forsi wkoll midneb f’għajnejn il-Lhud, kellu qalb ħafna aktar tixbaħ lildik ta’ Ġesù, minn min kien ħsiebu fir-riti tat-tempju ħafna aktar milli fl-imħabba ta’ għajru.Fuq dan kemm għallimna l-Papa Franġisku! Mhux ta’ b’xejn li xi wħud daru kontrih. Forsikien ikun ħafna aħjar li kieku rriflettew dwar xi jrid jgħidilna l-Mulej permezz tiegħu. Warakollox il-Mulej fuq hekk għad irid jiġġudikana, jiġifieri fuq kemm ħabbejna verament jew le.Jekk il-qima tagħna fit-‘Tempju’ tkun mifruda minn għemejjel ta’ mħabba, jekk il-liturġijatagħna, tkun kemm tkun sabiħa, ma twassalx għall-imħabba vera u prattika, allura nkunu bissnidħqu bina nfusna.Mulej Ġesù, nitolbuk, iftħilna dejjem aktar moħħna u qalbna biex nisimgħu kelmtek bispirtu ta’ umiltà u mħabba, u għinna ħalli meta il-Kelma tiegħek iċċanfarna, inkunugħaqlin biżżejjed biex naċċettaw li dan tagħmlu għall-ġid tagħna u biex twassalna għaldak il-Ġid li ma jgħaddi qatt. Ammen.