It-Trinità Mqaddsa - Sena Ċ
- Fr. Edward Vella

- Jun 15
- 4 min read

Jingħad li darba, Santu Wistin, li bla dubju kien wieħed mill-akbar għorrief li qatt kellha l-Knisja, kien qiegħed jaħseb u jerġa jaħseb kif jispjeġa l-misteru l-aktar importanti tal-Fidi tagħna, jiġifieri li Alla huwa wieħed, iżda fl-istess ħin tliet persuni. Għajjien bi ħsibijietu, ħareġ jagħmel passeġġjata fuq xtajta. Mill-bogħod jilmaħ tifel qiegħed iħaffer fir-ramel, u ftit wara qabad jitfa l-ilma mill-baħar għal ġo din il-ħofra fir-ramel b’arzella li kien sab. Wistin wasal ħdejn dan it-tfajjel u staqsieh x’kien qiegħed jagħmel; it-tifel wieġbu, ‘Qiegħed inbattal il-baħar ġo din il-ħofra’. Wistin bid-daħqa qallu, ‘kemm għadek żgħir ħabib, u kif tista’ tbattal baħar kbir bħal dak, ġo ħofra dashekk żgħira...?’ It-tifel dar lejħ u wieġbu, ‘daqshekk ieħor tista’ int tpoġġi lill-Kbir Alla Trinità fil-moħħ ċkejken tiegħek’. Jingħad li dak it-tifel kien anġlu mibgħut minn Alla biex ifiehem lil Santu Wistin li jipprova kemm jipporva qatt ma jista’ jifhem għal kollox il-misteru tat-Trinità.
Qabel ġie Ġesù, il-poplu t’Alla kien jemmen f’Alla wieħed, iżda ma kienx jaf li Alla huwa Trinità ta’ persuni għad li anke fit-Testment il-Qadim insibu ħjiel ta’ dan. Fl-ewwel qari tal-lum rajna kif il-ktieb tal-Proverbji diġa jitkellem mill-Għerf ta’ Alla bħala persuna. Iżda ried ikun Ġesù, Alla magħmul bniedem, li jgħarrafna li Alla huwa Trinità. Kif smajna fl-Evanġeju tal-lum, Ġesù jirrivelalna r-rabta intima li hemm bejn it-tliet Persuni tat-Trinità. ‘Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha... Hu jagħtini glorja,... Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi’.
Aħna nemmnu li l-Missier hu Alla u mhux biċċa minn Alla, l-Iben hu Alla u mhux biċċa minn Alla, u l-Ispirtu s-Santu hu Alla u mhux biċċa minn Alla. Għalkemm kull waħda mill-Persuni hija Alla sħiħ, aħna ma nemmnux fi tliet allat iżda f’Alla wieħed. Forsi mal-ewwel daqqa ta’ għajn din tidher kontradizzjoni. Biex nifhmu ftit irridu l-ewwel net nagħrfu li Alla huwa Spirtu u mhux materja, u allura r-regoli li jgħoddu għall-materja ma jgħoddux għal dak li huwa spirtu. It-tieni, ħjiel ta’ xi jfisser dan nistgħu narawh meta tnejn iħobbu verament lil xulxin. L-imħabba tressaq lejn xulxin tnejn li jinħabbu tant li aħna ngħidu li ‘huma qalb waħda u ruħ waħda’. Issa napplikaw dan għal Alla li huwa spirtu pur mhux maħluq: l-imħabba bejn it-tliet persuni f’Alla tant hija perfetta, li filwaqt li jibqgħu distinti minn xulxin, iżda ma humiex tliet allat iżda Alla wieħed. L-imħabba tagħmilhom ħaġa waħda flimkien.
O Alla, Trinità qaddisa, għinna ħalli aktar milli nippruvaw nifhmu dan il-misteru tal-fidi tagħna, aktar milli nippruvaw nersqu lejk b’moħħna, aktar infittxu li nersqu lejh b’qalbna. Għaliex kif jgħidlina l-Appostlu Ġwanni, ‘Alla hu imħabba’ u l-imħabba ma hijiex lingwaġġ tal-moħħ iżda tal-qalb, u hija l-imħabba biss li tista’ tifhem Imħabba oħra. Ammen.Jingħad li darba, Santu Wistin, li bla dubju kien wieħed mill-akbar għorrief li qatt kellha l-Knisja, kien qiegħed jaħseb u jerġa jaħseb kif jispjeġa l-misteru l-aktar importanti tal-Fidi tagħna, jiġifieri li Alla huwa wieħed, iżda fl-istess ħin tliet persuni. Għajjien bi ħsibijietu, ħareġ jagħmel passeġġjata fuq xtajta. Mill-bogħod jilmaħ tifel qiegħed iħaffer fir-ramel, u ftit wara qabad jitfa l-ilma mill-baħar għal ġo din il-ħofra fir-ramel b’arzella li kien sab. Wistin wasal ħdejn dan it-tfajjel u staqsieh x’kien qiegħed jagħmel; it-tifel wieġbu, ‘Qiegħed inbattal il-baħar ġo din il-ħofra’. Wistin bid-daħqa qallu, ‘kemm għadek żgħir ħabib, u kif tista’ tbattal baħar kbir bħal dak, ġo ħofra dashekk żgħira...?’ It-tifel dar lejħ u wieġbu, ‘daqshekk ieħor tista’ int tpoġġi lill-Kbir Alla Trinità fil-moħħ ċkejken tiegħek’. Jingħad li dak it-tifel kien anġlu mibgħut minn Alla biex ifiehem lil Santu Wistin li jipprova kemm jipporva qatt ma jista’ jifhem għal kollox il-misteru tat-Trinità.
Qabel ġie Ġesù, il-poplu t’Alla kien jemmen f’Alla wieħed, iżda ma kienx jaf li Alla huwa Trinità ta’ persuni għad li anke fit-Testment il-Qadim insibu ħjiel ta’ dan. Fl-ewwel qari tal-lum rajna kif il-ktieb tal-Proverbji diġa jitkellem mill-Għerf ta’ Alla bħala persuna. Iżda ried ikun Ġesù, Alla magħmul bniedem, li jgħarrafna li Alla huwa Trinità. Kif smajna fl-Evanġeju tal-lum, Ġesù jirrivelalna r-rabta intima li hemm bejn it-tliet Persuni tat-Trinità. ‘Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha... Hu jagħtini glorja,... Dak kollu li għandu l-Missier huwa tiegħi’.
Aħna nemmnu li l-Missier hu Alla u mhux biċċa minn Alla, l-Iben hu Alla u mhux biċċa minn Alla, u l-Ispirtu s-Santu hu Alla u mhux biċċa minn Alla. Għalkemm kull waħda mill-Persuni hija Alla sħiħ, aħna ma nemmnux fi tliet allat iżda f’Alla wieħed. Forsi mal-ewwel daqqa ta’ għajn din tidher kontradizzjoni. Biex nifhmu ftit irridu l-ewwel net nagħrfu li Alla huwa Spirtu u mhux materja, u allura r-regoli li jgħoddu għall-materja ma jgħoddux għal dak li huwa spirtu. It-tieni, ħjiel ta’ xi jfisser dan nistgħu narawh meta tnejn iħobbu verament lil xulxin. L-imħabba tressaq lejn xulxin tnejn li jinħabbu tant li aħna ngħidu li ‘huma qalb waħda u ruħ waħda’. Issa napplikaw dan għal Alla li huwa spirtu pur mhux maħluq: l-imħabba bejn it-tliet persuni f’Alla tant hija perfetta, li filwaqt li jibqgħu distinti minn xulxin, iżda ma humiex tliet allat iżda Alla wieħed. L-imħabba tagħmilhom ħaġa waħda flimkien.
O Alla, Trinità qaddisa, għinna ħalli aktar milli nippruvaw nifhmu dan il-misteru tal-fidi tagħna, aktar milli nippruvaw nersqu lejk b’moħħna, aktar infittxu li nersqu lejh b’qalbna. Għaliex kif jgħidlina l-Appostlu Ġwanni, ‘Alla hu imħabba’ u l-imħabba ma hijiex lingwaġġ tal-moħħ iżda tal-qalb, u hija l-imħabba biss li tista’ tifhem Imħabba oħra. Ammen.


